Wara l-vot tal-Britanniċi lbieraħ, fir-Referendum dwar il-futur tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea, il-kampanja tal-Leave bdiet immedjatament tirtira partijiet sostanzjali mill-politika li bbażat il-kampanja fuqhom.
Wieħed mill-argumenti li l-kampanja tal-Leave użat matul il-kampanja kien li t-£350 miljun li r-Renju Unit iħallas kull ġimgħa lill-Unjoni Ewropea jintużaw għas-sistema tas-Saħħa fil-pajjiż jekk jirbaħ il-vot Leave.
Dan il-punt tant ingħata importanza li ttellgħu billboards, ħarġu avviżi u saħansitra ‘tlibset’ coach b’dan il-messaġġ.
Madankollu, meta saħansitra kien għadu lanqas ġie ffinalizzat ir-riżultat, għalkemm kienet qed tidher rebħa għal-Leave, wieħed mill-promotturi ewlenin tal-kampanja qal li dik il-kampanja kienet “żball” (“mistake”).
Waqt programm televiżiv, Nigel Farage kien mistoqsi dwar il-pressjoni li se ssir fuq il-Gvern Ingliż ħalli dawn il-flus jintużaw kif issuġġerit fil-kampanja tal-Leave. Madankollu, Farage qal li ma jistax jiggarantixxi dan, qabel sostna (għal darba darbtejn) li dak il-messaġġ kien żball.
//= $special ?>