Issa li l-poplu Britanniku għażel li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, l-interess tagħna huwa li nħarsu l-interess tal-Maltin u l-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit.
Sostnew dan l-ewroparlamentari Nazzjonalisti f’reazzjoni għar-riżultat tar-referendum Brexit.
Il-kap tad-delegazzjoni Maltija fil-Partit Popolari Ewropew, David Casa, sostna dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li joffri l-id tal-koperazzjoni lill-gvern fl-interess nazzjonali.
L-Ewro Parlamentari Therese Commodini Cachia qalet li dan kien riżultat diżappuntanti.
L-Ewro Parlamentari Roberta Metsola sostniet li issa rridu nharsu ‘l quddiem.
L-Ewro Parlamentari sostnew li post pajjiżna hu fl-Unjoni Ewropea u hu fl-interess tagħna li nassiguraw dan fl-interess tal-poplu f’pajjiżna.
//= $special ?>