Id-dilettanti tal-festa, b’mod speċjali tan-nar f’Ħal-Qormi u s-Siġġiewi, li l-maltemp ta’ wara nofsinhar kkaġunalhom xi ħsarat, mhux se jaqtgħu qalbhom.
Dan hekk kif wara li għadda l-maltemp, mill-ewwel beda x-xogħol biex jirkupraw il-ħsarat u jlestu kollox sal-mument li jridu jgawdu dak li tant ilhom jaħdmu għalih.