Il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, ammettiet li l-vot għall-Brexit kien ‘daqqa ta’ ħarta għall-Ewropa’.
Hi esprimiet ‘niket profond’ għad-deċiżjoni tar-Renju Unit biex jitlaq mill-UE u sostniet li l-grupp ta’ pajjiżi m’għandu jinsa qatt li l-għaqda fost l-Ewropej tibbaża fuq l-idea u l-kunċett ta’ paċi. Merkel kompliet li l-UE ‘hi b’saħħitha biżżejjed biex issib is-soluzzjonijiet ideali wara l-vot għall-Brexit’ waqt li wissiet biex l-Ewropa ma tasalx għal konklużjonijiet mgħaġġlin fiċ-ċirkustanzi.
Il-Viċi-Kanċillier tal-Ġermanja, Sigmar Gabriel, li hu anki l-Ministru Ġermaniż għall-Ekonomija, qal li l-vot għall-Brexit ifisser ‘jum ħażin għall-Ewropa’.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Ġermaniż għall-Affarijiet Barranin, Frank-Walter Steinmeier, esprima, ftit jew wisq, l-istess sentimenti meta xi uffiċjali ewlenin tal-Gvern Ġermaniż kienu qalu diversi drabi li riedu li r-Renju Unit ikompli fi ħdan l-UE.
Il-Brexit…‘daqqa ta’ ħarta għall-Ewropa’
