Internazzjonali

Il-Kap tal-Partit Laburista Ingliż ħabbar li mhux se jirriżenja

Il-Kap tal-Partit Laburista Ingliż u Kap tal-Oppożizzjoni ħabbar li mhux se jirriżenja wara li l-maġġoranza tal-brittaniċi vvutaw favur il-ħruġ tar-Renju unit mill-Unjoni Ewropea.

Hu kien qed jirrispondi għal kritika ħarxa wara dan ir-riżultat, fid-dawl li miljuni ta’ partitarji tal-Partit Laburista Ingliż ivvutaw għall-ħruġ tar-Renju unit mill-Unjoni Ewropea. Dan kontra t-twemmin tal-istess Partit Laburista Ingliż li kien favur permanenza tar-Renju Unit fl-Unjono Ewropea.

Corbyn, li fil-passat kien Ewroxettiku, ripetutament ġie akkużat li fil-kampanja lejn dan ir-referendum tkellem b’nofs qalb favur li r-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea, u saħansitra wassal għal telf tal-voti.