Il-President tal-Partit Popolari Ewropew, Joseph Daul, u ċ-Chairman tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew, Manfred Weber, ħabbru li huma jibqgħu kommessi favur l-Unjoni Ewropea.
“Nieħdu nota tad-deċiżjoni tal-poplu Brittaniku, iżda l-Partit Popolari Ewropew jibqa’ kommess favur il-proġett Ewropew u l-proċess għal iktar integrazzjoni mal-kumplament tal-istati membri,” stqarr Joseph Daul.
Min-naħa tiegħu Manfred Weber qal li l-Partit “jirrispetta imma jiddispjaċih għad-deċiżjoni tal-vot tal-Brittaniċi li se tikkawża danni kbar għall-partijiet kollha konċernati.” Madankollu qal li dan kien vot tal-Brittaniċi u mhux wieħed Ewropew.
//= $special ?>