Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej fi stqarrija qal li jinsab diżappuntat bid-deċiżjoni tal-Ingliżi li jħallu l-Unjoni Ewropea u stqarr li t-twemmin tal-partit hu li din id-deċiżjoni hi daqqa ta’ ħarta kemm għall-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.
“Ninsab ixxukkjat bir-riżultat tar-referendum. Bħala Ewropej u Progressivi, appoġġjajna lill-membri tagħna, il-Partit Laburista Ingliż fil-kampanja tagħhom Remain. Xtaqna Renju Unit b’saħħtu għal Unjoni Ewropea b’saħħitha u konna qed naħdmu flimkien għal Renju Unit Soċjali f’Ewropa Soċjali. Issa rridu nirduppjaw l-ħidma taghħna,” stqarr il-President tas-Soċjalisti Ewropej, Sergei Stanishev.
Kompla li fl-opinjoni tal-partit, li r-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea kienet l-aħjar għażla iżda issa qal li wieħed irid jirrispetta d-deċiżjoni tal-Brittaniċi.
//= $special ?>