Internazzjonali

L-idea ta’ Unjoni Ewropea m’għadhiex l-aktar ideali għar-RU – Boris Johnson

F’reazzjoni lill-istampa Boris Johnson qal li llum il-poplu ddeċieda l-futur tar-Renju Unit. Huwa qal li l-Unjoni Ewropea hija idea nobbli ħafna iżda għal żmien it-twaqqif tagħha, illum din l-idea m’għadhiex l-aktar ideali għar-Renju Unit. “Dan deher fir-riżultat tal-lum u fil-mod kif il-poplu Britanniku jaħsibha dwar dan”.

F’reazzjoni għal dan il-vot, huwa qal li l-ħruġ tar-Renju Unit xejn m’hu se jinbiddel fl-immedjat u li dan ma jfissirx li r-Renju Unit mhux se tibqa’ bħala nazzjon wieħed, anzi appella għal viċi-versa li issa huwa żmien t’għaqda fil-Gran Brittanja.

Boris Johnson tkellem ukoll dwar il-PM David Cameron fejn huwa qal li r-riżenja ta’ Cameron kienet ta’ xokk għalieh. Huwa ddeskriva lil Cameron bħala raġel kuraġġuz u ta’ prinċipju li mexxa r-Renju Unit b’irġulija.

“Huwa saħħaħ l-ekonomija Ingliża u permezz t’hekk irnexxielu jelleġġi il-Partit Konservattiv f’maġġoranza fil-Parlament. Cameron huwa persuna li ta’ d-deċizjoni mill-ġdid f’idejn il-poplu, permezz ta’ dan ir-refendum u hawnhekk naraw il-prinċipju ta’ politiku tajjeb, politiku mill-aqwa fl-aħħar żmien fir-Renju Unit”.

Ħafna issa qed jassumu li Boris Johnson se jkun wieħed mill-kandidati ewlenin fit-tiġrija għall-Kap tal-Partit Konservattiv.