Mons. Carmelo Zammit, li minn Mejju tal-2015 serva bħala l-Vigarju Ġudizzjali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, jinħatar l-Isqof ta’ Ġibilità.
Il-Ġibiltà ilha mingħajr Isqof għal kważi sentejn, hekk kif fl-2014, l-Isqof Ralph Heskett inħatar Isqof tad-Djoċesi ta’ Hallam, f’Liverpool, l-Ingilterra.
Min hu Mons. Carmelo Zammit?
Mons. Zammit huwa mill-Gudja u għandu 66 sena. Huwa ġie ordnat saċerdot fl-1974 u sentejn wara beda jagħti s-servizz saċerdotali tiegħu fid-Djoċesi ta’ Ġibiltà, fejn serva sal-1998. Meta huwa kien jgħix fil-Ġibiltà huwa nħatar wkoll bħala Vigarju Ġudizzjali.
Fil-Ġibilta’ huwa nħatar Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Tereża fl-1985 u baqgħa jservi sal-1991, huwa serva wkoll fil-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù bejn l-1991 u l-1998. F’Ġibiltà serva wkoll bħala d-delegat tal-Isqof fuq il-Bord tal-Edukazzjoni Reliġjuża għall-Iskejjel tal-Gvern, u meta kien Kappillan tal-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù serva wkoll bħala Kappillan tal-Ħabs u bħala membru fuq il-Bord tal-Ħabs.
//= $special ?>