Internazzjonali

In-negozjati biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea għandhom isiru fi żmien sentejn.

Iċ-Chairman tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber tkellem dwar ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit u qal li n-negozjati biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea għandhom isiru malajr u jkunu konklużi fi żmien sentejn skont it-Trattat ta’ Lisbona.

“Leave means Leave,” qal Weber, li kompla li fl-opinjoni tal-Partit Popolari Ewropew hu li m’għandux ikun hemm trattament speċjali fil-konfront tar-Renju Unit.