Raġel ta’ 65 sena residenti r-Rabat ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara sofra minn ġrieħi ħfief fil-waqt li kien f’ħanut waqt serqa f’ħanut fir-Rabat Għawdex il-Ħamis filgħaxija għall-ħabta tal-22.00.
Skont l-aħħar rapporti mill-pulizja persuni mgħammda u armati b’arma li taqta u bil-ponta daħlu f’ħanut ir-Rabat u talbu l-flus lill-kaxxiera mara.
Waqt is-serqa ir-raġel li kien fil-ħanut u prova jassisti lill-mara, iżda dan ġie miżmum minn wieħed mill-agressuri.
Il-kaxxiera ma sofriet l-ebda ġrieħi għajr għall-xokk.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tar-Rabat għadhom għaddejjin, filwaqt li nħatret inkjesta magisterjali mmexxija mill Maġistrat P. Coppini LLD.
//= $special ?>