Is-sit popolari tal-ħwejjeġ tal-‘ASOS’ ilu mwaqqa’ għal numru ta’ siegħat

Is-sit popolari tal-ħwejjeġ u l-aċċessorji relatati mal-ħwejjeġ ASOS ilha mwaqqa’ tul il-jum tal-lum kollu.

Attentati ta’ ħafna biex jidħlu fis-sit kienu għalxejn hekk kif jiġi messaġġ li jgħidlek li bħalissa s-sit ma jistax ikun aċċessibli. Il-paġna wkoll ta facebook tal-kumpanija qalet li l-ħaddiema tal-ASOS qed jagħmlu minn kollox biex is-sit jerġa jiġi għan-normal. Issa dan il-messaġġ fuq facebook ilu li ħareġ minn madwar sittax-il siegħa ilu u wara dan kollu il-kumpanija ma’ ħarġet l-ebda avviż ieħor dwar dan.

Uħud qed juru tħassib li r-riżultat tar-referendum tal-BREXIT huwa r-raġuni ili s-sit mhux aċċesibli.