Aġġornata: Il-Pulizija ikkonfermat li r-raġel jinsab f’qagħda stabbli u mhuxwiex fil-periklu tal-mewt, għalkemm ġarrab ġrieħi gravi.
Aktar kmieni:
Raġel ta’ 28 sena jinsab f’qagħda kritika wara li waqa’ għoli ta’ sular f’Tas-Sliema.
Il-każ ġara għall-ħabta tas-7.15 ta’ filgħodu fi Triq it-Torri, fejn ir-raġel spiċċa mixħut fuq il-blat. Ir-raġel huwa Somalu li joqgħod iż-Żebbuġ Għawdex.
Malli waslet l-għajnuna medika fuq il-post, ir-raġel ittieħed Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin
//= $special ?>