Fl-imghoddi, informazzjoni mill-għola awtoritajiet tal-pajjiz jew dettalji dwar iċ-ċelebrazzjoni ta’ attivitajiet importanti, kienet titwassal lill-poplu bil-qari tal-bandu.
U għalhekk dalgħodu fi Pjazza San Ġorġ il-Belt sar il-qari tal-bandu għat-tħabbir uffiċjali taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Imnarja fid-29 ta’ Ġunju.
Il-bandu jispjega dak li jkun se jiġri f’lejliet l-Imnarja, fil-Ġonna tal-Buskett u dak kollu relatat.
Sadanittant, f’konferenza tal-aħbarijiet ngħataw id-dettalji tal-festi tal-Imnarja ta’ din is-sena li se jsiru fil-lejl bejn it-28 i d-29 ta’ Ġunju.
Is-Segretarju Parlamentaru Roderick Galdes, meta kien qed jitkellem dwar dan qal din il-festa, għandha wkoll aspett soċjali propju minħabba l-kontribut tal-bdiewa u r-raħħala Maltin. L-Imnarja ta’ din is-sena se tkun festa ta’ għana, żfin, ikel tradizzjonali malti, kompetizzjonijiet tal-bhejjem, prodotti tal-artiġġjanat u wirjiet oħra.
//= $special ?>