Lokali

Ftit ġranet oħra u t-Torri tal-Falkun ikun inħatt

Ix-xogħol fuq l-inħatt tat-Torri tal-Falkun wasal fl-aħħar tiegħu hekk kif skont stqarrija riċenti ix-xogħol kollu se jkun lest sa nofs il-ġimgħa tal-ġimgħa d-dieħla.

Fl-aħħar t’April Polidano Group bdew iħottu t-torri f’MonteKristo, skont l-ordnijiet tal-MEPA.

Fi stqarrija Polidano Group kien wera dispjaċir li dan il-monument li sar minflok it-torri ta’ Redin, ma għaddiex għand NGO kif kien ġie offrut lill-awtoritajiet.

Tenna li l-MEPA insistiet li għandu jinħatt u għalhekk ma kienx hemm alternattiva oħra li jibda’ t-twaqqigħ tiegħu.

Ix-xogħol qiegħed isir taħt is-supervizzjoni tal-MEPA.