Lokali Qorti

Missier ġiegħel lill-ibnu ta’ 6 snin ikollu x’jaqsam mal-prostituti – ‘Biex ma jsirx omosesswali’

Illum tressaq il-Qorti raġel ta’ 60 sena akkużat li kien iġib prostituti id-dar u jġiegħel lill-ibnu ta’ 7 snin jagħmel is-sess. Dan kien qed jagħmlu biex ibiegħdu mill-omosesswalita’ u dan għax diġa’ kellu żewġ membri tal-familja omosesswali.

Il-Missier qed jiġi akkużat ukoll li kien iġiegħel lit-tifel ikollu x’jaqsam bejn tlieta. Il-Pulizija saret taf b’dan il-każ wara li kienu l-prostituti stess li rrapurtawh.

Il-missier fil-Qorti wieġeb li mhux ħati tal-akkużi u ma talabx il-liberta’ proviżorja.Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tat-tifel u anke tal-prostituti li kixfu lill-missier.