Tliet priġunieri li jinsabu f’diviżjoni 1 fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin il-Ġimgħa waranofsinhar ħasshom ħażin fil-ħabs kawża tad-droga sintetika.
Ma’ netnews.com.mt, kelliema għall-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali kkonfermat li tliet priġunieri ħasshom ħażin, waqt li qalet li l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin qed tagħmel l-istħarriġ tagħha biex dak li ġara, u fost oħrajn gġaliex ħasshom ħażin.
Il-Kelliema tal-Ministeru qalet li issa l-priġunieri jinsabu f’qagħda tajba u ngħataw l-għajnuna meħtiega.
Mhux magħrufa n-nazzjonalità tal-ħabsin involuti.
//= $special ?>