L-aħħar rapporti minn Londra qalu li r-Renju Unit se jirreżisti pressjoni mill-Unjoni Ewropea għal bidu ‘malajr’ tan-negozjati dwar l-irtirar tiegħu mill-Unjoni Ewropea.
Dan indikah is-Segretarju Britanniku għall-Affarijiet Barranin Philip Hammond wara li l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li l-proċess tal-Brexit għandu jibda ‘minnufih’.
Hammond, issa, insista li ‘xejn mhu se jiġri fil-mument’ u li r-Renju Unit jiddeċiedi meta jagħti n-notifika uffiċjali tal-intenzjoni biex iħalli l-UE. Hu kompla li t-taħditiet mhumiex se jibdew sakemm jintgħażel Prim Ministru ġdid tar-Renju Unit li jieħu post David Cameron.
//= $special ?>