Joseph Muscat ilbieraħ waqt intervista fuq l-istazzjon tar-radju Laburista jammetti li għamel kampanja kontra l-Unjoni Ewropea pero issa jgħid li l-ħsieb tiegħu mmatura u nbiddel u issa huwa konvint bil-gwadan li l-UE ġġib magħha.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat tratta wkoll numru ta’ setturi li hemm dubju dwarhom u dwar kif pajjiżna se jintlaqat minn Brexit. Huwa fost l-oħrajn tkellem dwar it-Turiżmu fejn qal li l-bdil fir-rata tal-Isterlina mistennija taffettwa t-Turiżmu lejn Malta għax il-Britanniċi issa se jkollhom jonfqu aktar għall-istess pakkett ta’ vaganza. Madankollu, ħafna mit-Turiżmu lejn Malta jiġi ppjanat minn qabel u għalhekk, fl-immedjat, l-impatt mhux mistenni jkun daqshekk kbir. Il-Gvern Malti qed jiddiskuti mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) dwar it-Turiżmu mir-Renju Unit lejn Malta.
Huwa qal li jifhem lir-Renju Unit iżda issa huwa żmien li pajjiżna jimxi l-quddiem pass pass u b’hekk naraw kif pajjiżna jista’ jieħu l-vantaġġi għal gwadan minn din is-sitwazzjoni.
Joseph Muscat qal li l-Unjoni Ewropea trid issa tersaq aktar viċin in-nies u tisma lin-nies biex dan ma jiġrix f’nazzjonijiet oħrajn li huma stati membri tal-UE.
//= $special ?>