Tkompli l-inċertezza għall-Għawdxin hekk kif il-gazzetta The Sunday Times of Malta llum żvelat li l-Isptar Ġenerali t’Għawdex jista’ jinkera għal 99 sena u mhux kif ħabbar il-gvern li dan inkera biss għal 30 sena. Il-gazzetta qalet li f’dokumenti li ma gewx ippublikati jagħtu d-dritt lill-kumpanija Vitals Global Healthcare Assets Limited li l-qbil jiġi estiż għall-69 sena aktar jiġifieri 99 sena b’kollox.
Dan ifisser li l-isptar pubbliku jista’ jagħti l-każ li ġie mikri sas-sena 2115, lill-kumpanija ta’ Vitals.
Dan it-trattat li sar kollu taħt il-patroċinju tal-ex Ministru tas-Saħħa u llum Ministru bla portafoll Konrad Mizzi bejn Malta Industrial Parks Ltd. u Vitals ħafna sejħulu bħala kompromess li jagħti jxaqleb favur il-Grupp ta’ Vitals flok lejn il-kura tas-saħħa ta’ Għawdex.
Huma qalu li dan il-qbil ma jagħtix l-għażla f’idejn il-Gvern Malti jekk il-kera għandhiex tiġi estiża, iżda jagħti l-għażla f’idejn il-kumpanija Vitals fi ftit kliem il-gvern Laburista għażel li jaqbel ma’ qbil li la darba sar il-kelma tiegħu m’għandha l-ebda saħħa fis-settur tas-saħħa fuq il-Gżira Għawdxija.
The Times qalet li meta staqsiet kemm snin ġie mikri l-isptar Ġenerali t’Għawdex, il-Ministeru tas-saħħa insista li ġie mikri biss għal 30 sena.
Il-Grupp ta’ Vitals mhux biss ħa f’idu it-tmexxija tal-Isptar f’Għawdex imma wkoll tal-isptarijiet ta’ Karen Grech u San Luqa u għal dawn iż-żewġ sptarijiet għadu mhux magħruf jekk ma’ sarx l-istess kompromess fejn il-gvern fejn qal li ġew mikrija għal 30 sena iżda it-30 tiegħu jkun ifisser 99 sena.
//= $special ?>