Tifel ta’ sitt snin qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura misjuqa minn anzjan tard ilbieraħ filgħaxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30pm f’Xatt ir-Riżq il-Birgu.
Mill-ewwel stħarriġ jidher li t-tifel intlaqat minn karozza li kienet misjuqa mill-anzjan li għandu 61 sena u residenti l-Fgura.
Immedjatament issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ Bormla għadhom għaddejjin.
//= $special ?>