Lokali

Wara ġlieda bil-ħġiega tal-mera jagħżel li jaqbeż żewġ sulari biex jaħrab mill-Pulizija

Żewġ rġiel Somali ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li dalgħodu ħebbew għal xulxin bi ħġieġa ta’ mera f’residenza f’Birżebbuġa.

Il-Pulizija kkonfermat li l-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30 ta’ filgħodu f’residenza fi Triq il-Kartaġiniżi.

Jidher li raġel ta’ 30 sena residenti fiż-Żejtun ħebb għal raġel ieħor ta’ 41 sena fir-residenza tiegħu kkaġunalu bil-ħġieġa ta’ mera. Ir-raġel biex jipprova jaħrab minn uffiċjali tal-puliżja qabeż żewġ sulari u ġie fuq karozza.

Iż-zewġ irġiel ftit wara ttieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza iżda l-kundizzjoni tagħhom mhix magħrufa.