Tmien t’itfal iddaħħlu l-isptar Mater Dei wara li dalgħodu , waqt li kienu sejrin ħarġu ma’ tal-iskola, belgħu gass li ħareġ mill-arja kundizzjonata f’xarabank li kienet qed twassal it-tfal mill-iskola lejn iċ-ċinema.
Mmedjatament, meta xi tfal bdew jistordu, ix-xarabank twaqfet fil-ġenb tat-triq u t-tfal tniżżlu u poġġew fuq il-bankina waqt li ftit minuti wara waslu fuq il-post żewġ ambulanzi biex jikkuraw it-tfal li belgħu il-gass waqt li tmienja oħra ttieħdu l-isptar.
Fuq ix-xarabank kien hemm aktar minn 40 student tal-year 5 mill-iskola De La Salle.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30a.m.
//= $special ?>