Sfortunatament fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-attur Bud Spencer, magħruf bħala l-ġgant ġentlom li ħa sehem f’numru ta’ films li baqgħu jissemmew sa llum-il ġurnata.
Min jaf kemm minnha ta’ eta iżgħar kien iqattgħu sigħat sħaħ jogħxew bid-daħq mal-bravuri ta’ Terence Hill u Bud Spencer, li flimkien baqgħu popolari għall-films Banana Joe iżda li b’kollox ħadmu xejn inqas minn 20 film.
Bud Spencer kellu 86 sena, u fil-verità jismu Carlo Pedersoli li twieled f’Santa Lucia, ġewwa Napli. Hu kellu tlett itfal li lkoll kienu qrib tiegħu fil-mument li ħalla din id-dinja.
//= $special ?>