Internazzjonali

Ikompli l-limbu dwar il-Brexit

epa05389745 A photo provided by the British Ministry of Defence of British Prime Minister David Cameron, the day after his resignation following the Brexit win in the referendum, attending the Armed Forces Day Parade in the coastal town of Cleethorpes in Lincolnshire in central, east England 25 June 2016 EPA/CROWN COPYRIGHT RESERVED HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Ftit qabel l-ewwel intervent tiegħu fil-Parlament mill-vot favur il-Brexit, kelliem għall-Prim Ministru Ingliż David Cameron eskluda l-possibbiltà li jkun hemm referendum ieħor dwar is-sħubija.
Dan hekk kif kienet qed tingħata ħafna attenzjoni lil petizzjoni li qed tiċċirkola fuq l-Internet biex isir referendum ieħor kif ukoll li dan se jsir ladarba jintemmu n-negozjati mal-UE.
Fil-Parlament, Cameron tenna li għalissa ma kienx se jattiva dak magħruf bħala l-Artiklu 50, dik il-parti tal-Ftehim ta’ Lisbona li tieħu ħsieb it-tluq ta’ pajjiż minn sħubija fl-Unjoni Ewropea. Din ma kinitx se tkun attivata mill-Gvern preżenti. Hekk kif nhar il-Ġimgħa Cameron ħabbar ir-riżenja tiegħu wara li tilef il-vot, hu stqarr li kien se jħalli għas-suċċessur tiegħu biex jinforma formalment lill-UE li kien se jitlaq mill-UE.
Sadattant fost il-polemika kollha kemm fir-Renju Unit kif ukoll madwar l-UE, Matthew Elliott, iċ-chief executive tal-kampanja favur il-Brexit, qal li kien importanti li jkun imdewwem il-proċess formali għall-Brexit għax in-nies fis-sajf riedu jmorru fuq il-btala.
Sadattant hemm kriżi kemm fi ħdan il-Partit Konservattiv li jinsab fil-Gvern kif ukoll fil-Partit Laburista li jinsab fl-Oppożizzjoni.
It-Tlieta fi Brussel se jsir is-summit tal-Unjoni Ewropea fejn iċ-ċentru tal-attenzjoni se jkunu Cameron u l-Brexit.