F’intervent fil-Parlament, il-Kelliem għall-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, l-Anzjani u l-Persuni b’Diżabbiltà Robert Cutajar tkellem dwar il-każ riċenti li nstema’ quddiem il-Qorti, fejn tifel ta’ sitt snin ġie mġiegħel jagħmel atti sesswali ma’ prostituti minn missieru. Fis-seduta, d-Deputat Robert Cutajar talab għall-stqarrija Minsiterjali mill-Prim Minsitru.
Id-deputat Nazzjonalista staqsa lill-Ministru Michael Farrugia, fejn l-Oppożizzjoni jirriżultalha li fl-aħħar sitt xhur ħarġu biss żewġ Care Orders minn naħa tal-Ministru; iġifieri fejn il-Ministru għandu id-dmir li jintervjeni bis-saħħa mogħtija lilu mill-liġi u jordna li l-minorenni jingħata l-protezzjoni bis-saħħa tal-awtoritajiet, mill-persuna li għandha r-responsabbilta’ għall-ġid tal-minorenni kkonċernat. Dan ma jirriżultax fl-aħħar żewġ każijiet li dehru quddiem il-Qorti fejn il-Ministru naqas li jagħmel dak li tagħtih il-liġi u joħroġ Care Order. Filwaqt, li faħħar l-ħidma tal-Assoċjazzjonijiet tal-Foster Carers u s-Social Workers, tkellem ukoll dwar li jitħallew jaħdmu indipendentament.
Fir-risposta tiegħu, il-Ministru Michael Farrugia qal li hu ma jridx iwaddab it-trap taħt it-tapit, u li l-Ministeru dejjem ħalla lill-social workers jaħdmu b’mod awtonomu u indipendenti.
Iżda d-deputat Robert Cutajar stqarr kif il-Parlament irid jalloka l-ħin li każijiet bħal dawn jingħataw l-importanza neċessarja, parikolarment meta hemm involuti fihom it-tfal. Kompla, billi talab lill-Ministru jew lill-Prim Minsitru, li t-tnejn kienu preżenti fil-kamra, sabiex iwieġbu għall-akkużi li ħarġu minn stqarrijet fl-aħħar siegħat mill-Assoċjazzjoni tas-Social Workers (MASW) fejn talbu lill-Gvern li dawn għandhom jitħallew jaħdmu b’mod awtonomu u b’mod indipendenti.
Id-deputat Nazzjoanlsita kwota wkoll stqarrija mill-Assoċjazzjoni tal-Foster Carers, li kif enfasizza l-Membru Parlamentari stess, l-istqarrija imsemmija intabgħtet fis-sagħtejn ta’ filgħodu, minħabba l-urġenza tal-każ. Robert Cutajar talab ukoll sabeix il-Kummisarju tat-Tfal tintervjeni u ma tibqax passiva, u apella lill-Gvern biex jibda jieħu bis-serjeta’ il-qasam tal-ħarsien tat-tfal fejn it-tfal għandhom jingħataw prijorita’.
//= $special ?>