Internazzjonali

Il-Papa favur apoloġija lill-omosesswali

Il-Papa Franġisku qal li l-Knisja Kattolika jmissha tapoloġizza lill-omosesswali għal mod kif stmathom il-Knisja tul is-snin.
Il-Papa żied li l-Knisja Kattolika ma kellha ebda dritt tiġġudika l-kommunita omosesswali u trid turihom rispett. Apparti min hekk, il-Papa qal li l-Knisja trid titlob maħfra minn nies oħra li warbet fosthom in-nisa u tfal.
Il-Papa qal dan lill-ġurnalisti fuq l-ajruplan fi triqtu lura lejn il-Vatikan wara żjara fl-Armenja.