Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista feraħ lill-Partit Popolari ta’ Spanja għar-riżultat elettorali fil-pajjiż, wara l-elezzjoni li saret ilbieraħ.
Il-Partit Popolari, immexxi minn Mariano Rajoy u membru tal-Partit Popolari Ewropew, ġab l-akbar numru ta’ voti u siġġijiet fl-elezzjoni. Hu mifhum li l-Partit Popolari issa jidħol f’koalizzjoni ma’ partit ieħor biex ikun jista’ jifforma Gvern ġdid.
Il-Partit Nazzjonalista awgura li jiġi ffurmat Gvern ġdid mill-aktar fis possibli biex l-inċertezza politika tispiċċa darba għal dejjem.
L-istqarrija kienet iffirmata mix-Shadow Minister tal-Affarijiet Barranin u Ewropej Roberta Metsola, mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Tonio Fenech u mis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Trevor Degiorgio.
//= $special ?>