Medda kbira ta’ art mimlija tiben li kien lest għall-bejgħ u l-użu nqerdet wara li nar qawwi ħakimha u nfirex malajr ftit wara l-23:00 tal-lejl li għadda.
Fil-post issejħu diversi vetturi tat-tifi tan-nar, li għal sigħat twal ħadmu biex jikkontrollar is-sitwazzjoni. Għal xi mumenti fil-post saħansitra kien hemm seba’ vetturi tat-tifi tan-nar.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ iżda d-danni huma kkalkulati li jlaħħqu l-eluf kbar ta’ ewro.
//= $special ?>