Lokali Unjoni Ewropea

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil fi Brussell għas-summit tal-Partit Popolari Ewropew

Mario Frendo minn Brussell

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil bħalissa jinsab fi Brussell għas-summit tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) li se jsir kmieni waranofsinhar.

Is-summit jiġbor flimien il-mexxejja tal-partiti politiċi kollha tal-Unjoni Ewropea li huma membri tal-PPE. Fuq l-aġenda tal-laqgħa waqt dan is-summit hemm it-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li se tibda illejla u tintemm għada.

X’inhu l-Kunsill Ewropew? Għaliex hu importanti? Agħfas hawn biex taqra iktar.

Waqt is-summit, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil se jingħaqad ma’ numru ta’ mexxejja Ewropej oħra, fosthom mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker.

Bħalissa, fl-Unjoni Ewropea hemm 7 kapijiet tal-istat li jifformaw parti mill-Partit Popolari Ewropew. Fost dawn hemm il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-Prim Ministru Spanjol Marianao Rajoy.