Il-Partit Nazzjonalista rreġistra formalment mal-Kummissjoni Elettorali, skont kif titlob il-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti.
L-applikazzjoni ġiet sottomessa fl-Uffiċċji tal-Kummissjoni Elettorali fil-Belt mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Rosette Thake, mit-Teżorier Alex Perici Calascione u mid-Direttur tal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Matthew Mangion.
Rosette Thake qalet li l-Partit Nazzjonalista fil-Parlament kien favur il-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti, għalkemm xtaq li l-emendi li ressaq fi stadju ta’ Kumitat ġew approvati biex ikun hemm aktar trasparenza fl-iffinanzjar tal-partiti politiċi.
Is-Segretarju Ġenerali qalet ukoll li saret ħidma fl-istrutturi kollha tal-Partit biex tiġi assigurata konformità mal-Liġi fl-aspetti kollha tagħha. L-applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Kummissarju Elettorali Ewlieni Joseph Church.
//= $special ?>