Żagħżugħ Ingliż ta’ 27 sena sofra feriti gravi wara li aktarx waqa’ minn għoli fil-lukanda fejn qed joqgħod, f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10am, b’residenti oħrajn tal-lukanda nnutaw lir-raġel mal-art fil-bitħa.
Jirriżulta li, fl-investigazzjonijiet, il-Pulizija mhux jeskludu li r-raġel waqa’ minn għoli.
Fil-post, issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li tat l-ewwel għajnuna liż-żagħżugħ.
Hu ttieħed l-Isptar għal aktar kura, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.
Il-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan għadhom qed jinvestigaw.
//= $special ?>