L-għaqda ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) ippreżentat applikazzjonijiet biex seba’ siti partikolari jkunu meqjusa bħala demanju pubbliku.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, l-FAA qalet li wara l-qbil li kien hemm ix-xahar li għadda fuq il-Liġi dwar id-Demanju Pubbliku, bħala għaqda ambjentali l-FAA ħadet l-ewwel pass biex teżerċita d-dritt tagħha. Kien għalhekk li tefgħet l-applikazzjonijiet għas-seba’ siti: Manoel Island, Wied Garnaw, Ħondoq, Kalanka u Delimara, Ta’ Ċenċ, it-tliet siġriet f’Ta’ Xbiex u x-Xatt bejn Tas-Sliema u San Ġiljan.
Il-Liġi dwar id-Demanju Pubbliku tagħti s-saħħa liċ-ċittadini u lill-għaqdiet ambjentali mhux governattivi biex jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom fuq artijiet jew propjetajiet li jaħsbu li għandhom jitniżżlu bħala demanju pubbliku. B’hekk, dik l-art jew propjetà ma tkunx tista tintuża’ għal raġunijiet kummerċjali u dan irid ikun deċiż mill-Parlament.
Il-kelliema għall-FAA Astrid Vella qalet li dawn huma biss l-ewwel sett ta’ proposti, hekk kif aktar ‘il quddiem mistennija aktar. Qalet ukoll li tispera li jkun hemm għaqdiet u individwi oħrajn li jieħdu din l-inizjattiva.
Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, fuq Twitter, esprima s-sodisfazzjon li Liġi li tant imbotta ‘l quddiem il-Partit Nazzjonalista qed titwettaq miċ-ċittadini. Filfatt din il-liġi tressqet mix-Shadow Minister Jason Azzopardi, mix-Shadow Minister Marthese Portelli u l-kelliem tal-Oppożizzjoni Ryan Callus.
//= $special ?>The new law on Public Property moved by @PNmalta has empowered people. Glad to see it being put to use. https://t.co/TYpQErQnVU
— Simon Busuttil (@SimonBusuttil) 28 June 2016