Il-Grupp Vitals Global Healthcare għandu l-għażla li jestendi ċ-ċens fl-Isptar San Luqa għal 99 sena.
Filwaqt li ċaħad ir-rapport tal-gazzetta The Sunday Times of Malta dwar l-estensjoni taċ-ċens fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-Isptar Karin Grech, jiġifieri li hu f’idejn il-Gvern jestendix iċ-ċens jew le, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li fil-każ tal-Isptar San Luqa, hu l-grupp Vitals Global Healthcare li għandu l-għażla li jestendi l-kuntratt minn 30 għal 99 sena.
Iżda mistoqsi għaliex qatt ma ssemmiet il-possibbiltà li dawn il-kuntratti ikunu estiżi għal 99 sena, il-Ministru Fearne qal li kollox se jkun magħruf mal-pubblikazzjoni tal-kuntratti.
Mistoqsi wkoll dwar jekk dawn il-kuntratti sarux fl-interess nazzjonali meta kienu nnegozjati minn Konrad Mizzi u Keith Schembri, li jinsabu fil-qalba tal-iskandlu tal-Panama Papers, il-Ministru tas-Saħħa wieġeb li l-kuntratti kienu nnegozjati minn Projects Malta fuq numru ta’ xhur, kif ukoll li issa nstab użu għall-Isptar San Luqa li kien abbandunat.
//= $special ?>