Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu għalqa qrib is-sub-station tal-Enemalta fil-Kappara.
Jirriżulta li n-nirien żviluppaw matul il-jum u kienu kbar, tant li ħadu ftit tal-ħin mhux ħażin biex ikunu kkontrollati.
Fil-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Sakemm kienu kkontrollati n-nirien, deher duħħan qawwi, filwaqt li f’xi ħinijiet in-nirien infirxu wkoll f’żoni qrib it-triq.
Għaldaqstant, issejħu wkoll il-Pulizija, li ħadu ħsieb jikkontrollaw it-traffiku sakemm is-sitwazzjoni nġiebet lura għan-normal.
Dan l-inċident kompla joħloq paniku fiż-żona, hekk kif it-toroq tal-madwar diġà huma affettwati mill-proġett tal-Kappara.
//= $special ?>