ROBERT CREMONA jirrapporta minn Brussell
Hekk kif il-Gvern Ingliż fil-bidu tal-ġimgħa ikkonferma illi fadal xhur sakemm isseħħ ix-xiżma bejn ir-Renju Unit u l-Ewropa, fi Brussell l-incertezza tinħass fl-arja. Kollox għadu dubjuż u ħadd ma jaf eżatt x’se jiġri wara l-Brexit.
Hemm min qed jipprova jtawwal iż-żmien. Iżda hemm mexxejja Ewropej li jridu li wara l-eżitu tar-referendum, ir-Renju Unit iwarrab kemm jista’ jkun malajr mill-Unjoni.
Għalkemm huwa ċar illi l-Brexit iseħħ biss ladarba r-Renju Unit ikollu Prim Ministru ġdid – li jfisser, mhux qabel il-Kungress tal-Konservattivi f’Ottubru, li se jaħtar is-suċċessur ta’ David Cameron.
Meta indirizza l-Parlament f’Westminster nhar it-Tnejn, Cameron għamilha ċara illi għalissa ma nbidel xejn. Iżda saħaq illi d-deċiżjoni ittieħdet, u allura issa jibda jitħejja pjan biex ir-Renju Unit joħroġ mill-UE.
X’se jiġri issa allura? Din hija l-mistoqsija fuq fomm kulħadd, partikolarment nies involuti fin-negozju u s-settur finanzjarju. Ħafna jittamaw li jkollna risposta aktar ċara wara s-summit li jiġi fi tmiemu l-Erbgħa kmieni wara nofsinhar.
//= $special ?>