Raġel anzjan instab f’xaft tal-appartamenti fejn kien jgħix fl-Għasri. Minkejja li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin, aktarx illi r-rġel waqa’ minn fuq il-bejt, iġifieri madwar għoli ta’ ħames sulari.
Din l-akwata ta’ Triq il-Fanal hi magħrufa bħala żona fejn bosta Maltin jikru, u filfatt l-anzjan instab minn familja Maltija li kriet wieħed mill-appartament ta’ fuq il-blokk, għall-ħabta tas sebgħa ta’ filgħaxija ta’ nhar it-Tlieta.
Skont sorsi li għandu dan is-sit, l-aħħar li deher il-vittma ta’ dan l-inċident kien madwar ħames siegħat qabel ġie rrapurtat il-każ lill-awtoritajiet. L-anzjan itella’ mix-xaft bl-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivli.
L-inkjesta qed titmexxa mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri, u l-invstigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Ispettur Bernard Spiteri.
//= $special ?>