Lokali

Anzjana taqa’ sular fid-Dar tal-Anzjani f’Bormla

Ritratt: Arkivji

Anzjana ta’ 72 sena sofriet ġrieħi serji wara li waqgħet għoli ta’ madwar sular fid-dar tal-Anzjani f’Bormla.

Jirriżulta li għall-ħabta tal-11a.m, l-anzjana waqgħet f’bitħa interna żgħira. Għaldaqstant intalbet l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili biex l-anzjana ttellgħet mix-xaft waqt li ttieħdet l-isptar Mater Dei u kienet ċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi, iżda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.

Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari qal li qed jagħmel l-istħarriġ biex jiġu stabbiliti l-fatti dwar x’wassal għal dan l-inċident. Sostna li jekk jinstabu xi nuqqasijiet, fosthom mill-operatur privat tad-dar, se jiġu indirizzati.