Lokali

BIR-RITRATTI : 34 sena mill-avvenimenti politiċi tal-Imnarja

Illum qed ikunu mfakkra l-avvenimenti politiċi ta’ 34 sena ilu meta l-Partit Nazzjonalista kien ta l-ewwel ordni ta’ reżistenza passsiva fil-kampanja biex il-pajjiż jerġa’ jkun iggvernat mill-maġġoranza tal-poplu, l-avvenimenti tal-Imnarja 1982.

Kienu avvenimenti li fihom il-Partit Nazzjonalista, immexxi minn Eddie Fenech Adami, kien ta direttiva lill-ħaddiema Maltin biex jieħdu ġurnata vaganza fl-Imnarja. Dan wara li mhux biss il-Gvern Laburista kien qed jiggverna lill-pajjiż kontra r-rieda tal-poplu, iżda għaliex il-poplu kien ivvota fil-maġġoranza tiegħu biex l-Imnarja u festi oħra jerġgħu isiru festi pubbliċi wara li l-Gvern Laburista tat-tmeninijiet kien neħħihom minn festi pubbliċi.

Id-direttiva tal-Imnarja kienet ingħatat fil-meeting storiku ta’ Fuq il-Fosos tal-Floriana minn Eddie Fenech Adami.

L-Imnarja tal-1982 rat eluf ta’ ħaddiema Maltin jobdu d-direttiva tal-Partit Nazzjonalista u jieħdu l-Imnarja vaganza, dan filwaqt li l-maġġoranza tas-sidien tal-ħwienet obdew id-direttiuva u ma fetħux.

imnarja hanut

Ir-reazzjoni tal-Gvern Laburista kienet immedjata u qawwija, il-ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Gvern għaddew tribunal u ġew sospiżi, tal-ħwienet ma tħallewx jiftħu l-ħwienet u fit-tarzna u f’postijiet oħra l-ħaddiema li obdew id-direttiva tal-Partit Nazzjonalista ġew imsawta. Kienet reazzjoni sproporzjonata minn gvern li kien qed jikser kontinwament id-drititjiet fundamentali tal-bniedem, kienet deċiżjoni li ġabet tant tbatija fuq mijiet ta’ familji Maltin li kull m’għamlu kien li eżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

imnarja poster