Internazzjonali

Jiżdiedu l-vittmi tal-attakk ta’ Istanbul

epa05397172 Armed Turkish policemen patrol inside the terminal at Ataturk international airport in Istanbul, Turkey, 29 June 2016. At least 36 people were killed and more than 140 others were wounded in three separate gun and bomb attack outside and inside the terminal of Istanbul's Ataturk international airport on 28 June, media reported quoting officials. The attacks have been linked to either the so-called Islamic State (IS or ISIS) militant group or Kurdish separatists, media added. EPA/SEDAT SUNA

Il-vittmi tal-attakk terroristiku tat-Tlieta filgħaxija fl-ajruport internazzjonali ta’ Ataturk f’Istanbul telgħu għal 41 persuna, li minnhom 13 huma barranin.
Dan wara li tliet terroristi daħlu fid-departures lounge tal-ajruport jisparaw u meta kienu kkonfrontati mill-Pulizija splodew lilhom infushom. Hemm ukoll 239 persuna li ndarbu f’dan l-attakk.
Il-Prim Ministru Tork Binali Yildirim qal li kollox jindika li dan l-attakk kien xogħol l-ISIS hekk kif kien iddikjarat jum ta’ luttu nazzjonali fil-pajjiż.
Ir-rapporti ta’ kif seħħ l-attakk qed ivarjaw, imma jidher li t-terroristi fetħu n-nar fid-dħul fejn hemm il-makni tal-X-ray. Hawn inqala’ sparar mal-Pulizija u żewġ terroristi irnexxielhom jidħlu fejn fetħu n-nar fuq kull min ġie quddiemhom qabel ma splodew lilhom infushom.
S’issa kienet ikkonfermata l-identità ta’ 23 persuna li kienu Torok, ħamsa li kienu mill-Arabja Sawdija, tnejn mill-Iraq u persuna waħda miċ-Ċina, il-Ġordan, it-Tuneżija, l-Uzbekistan, l-Iran, l-Ukrajna u mara Palestinjana.