Waqt intervent l-Erbgħa fil-Parlament mar-ritorn tiegħu mis-summit tal-UE, il-Prim Ministru Ingliż David Cameron qal li ma kienx fl-interess tal-pajjiż li bħala kap tal-Oppożizzjoni ikun hemm Jeremy Corbyn. Dan hekk kif hemm ribelljoni sħiħa fil-Partit Laburista għall-mod kif dan qed imexxi u aktar minn 80 fil-mija tal-Membri Parlamentari Laburisti qalu li ma kellhomx fiduċja fit-tmexxija tiegħu. Biex hekk infetħet sfida miftuħa għat-tmexxija tiegħu.
Cameron deher irrabjat l-Erbgħa fil-Parlament għall-attitudni ta’ Corbyn u n-nuqqas ta’ ħeġġa li dan wera waqt il-kampanja qabel il-vot dwar il-Brexit.
Hemm madwar 80 fil-mija tal-Membri Parlamentari Laburisti li wrew li m’għandhomx fiduċja f’Corbyn u hi biss kwistjonita’ żmien qabel ma jkun hemm sfida għat-tmexxija tiegħu.
Ribelljoni fil-Partit Laburista minħabba l-Brexit
