Lokali

Wara l-attakki f’Istanbul : “Ma naħsibx li bil-Presidenza tal-UE se nkunu f’riskju” – Joseph Muscat

ROBERT CREMONA jirrapporta minn Brussell

Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat ma jemminx illi bil-Presidenza tal-UE sitt xhur ohra se nkunu esposti ghal riskju akbar ta’ terrorizmu. Hu kien qed iwiegeb domandi ta’ In-Nazzjon anqas minn 24 siegha wara l-attakk imdemmi fl-ajruport ta’ Ataturk.

Fl-ewwel reazzjoni li ta waqt konferenza tal-ahbarijiet fi Brussell, ezatt fi tmiem is-summit tal-UE, il-Prim Ministru Malti qal li t-Turkija tibqa’ pajjiz habib ta’ Malta u ma tistax tithalla wehidha. “Dan l-attakk irid jittiehed ukoll fil-kuntest ta’ dak li qed isehh fis-Sirja”.

Meta tkellem dwar Malta, Joseph Muscat insista illi pajjizna ma jinsabx f’theddida imminenti ta’ xi att terroristiku. U ghalhekk m’hemm ebda thassib serju dwar il-Presidenza tal-UE li se tkun f’idejn Malta bejn Jannar u Gunju 2017.

“Jekk is-sitwazzjoni tinbidel inkun jien stess li ninforma lin-nies” sostna Muscat. Hu insista li hadd mhu ezenti milli jkun suggett ghal xi attentat ta’ dan it-tip, izda hu jibbaza d-decizjonijiet tieghu fuq l-informazzjoni mghoddija mis-Servizzi tas-Sigurta’ f’Malta (MSS).

Is-sitwazzjoni tar-Renju Unit ghadha fil-limbu

Kif wiehed stenna, is-summit fil-kapitali Belgjana kien dominat mill-kwistjoni Brexit. Waqt il-laqghat tal-bierah intlahaq qbil illi n-negozjati ghal ftehim gdid bejn l-UE u r-Renju Unit ghandhom jibdew minghajr ittardjar zejjed, ghalkemm huwa car li se jibdew wara is-Sajf. L-UE trid li r-Renju Unit ikun sieheb ewlieni, izda se jkun meqjus bhala third country.

Bil-ftehim il-gdid ir-Renju Unit mhux se jkollu access shih ghas suq komuni, sakemm ma jaccettax il-moviment hieles tal-persuni.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi d-diskussjonijiet tal-bierah kienu ewro-realistici.

Hu spjega illi issa se jibda process fejn iil-Kunsill Ewropew se johloq linji gwida dwar dawn in-negozjati mar-Renju Unit, izda in-negozjati propja se jitmexxew mill-Kummissjoni Ewropa.

Meta wiegeb domanda ta’ gurnalist barrani Muscat tkellem dwar il-fatt illi l-Ewropa tinsab maqtugha min-nies, u fakkru li hu fl-2003 ivvota kontra s-shubija. Izda issa qed jghid illi “in-nies f’Malta ihossuhom Ewropej”.

David Cameron ma kienx prezenti ghall-working breakfast tal-bierah izda indirizza lill-mexxejja Ewropej it-Tlieta filghaxija waqt l-ikla informali.

Hafna irreferew ghal din l-ikla bhala ‘The Last Supper’ ghal Cameron, ghaliex issa mhux se jerga’ jkun prezenti ghal Kunsill Ewropew iehor.

Fl-ikla Cameron tpogga hdejn Joseph Muscat minhabba li l-mexxejja jinghataw post skont l-ordni tal-Presidenza Ewropea. Ir-Renju Unit sippost kellu jiehu l-Presidenza fis-sitt xhur wara Malta; xi haga li issa zgur mhux se ssehh wara Brexit.

Dwar dan il-punt partikolari, Joseph Muscat qal illi matul is-Sajf ghandu jintlahaq qbil matul is-Sajf sabiex wiehed jara x’se jigri ezatt.

“Nemmnu li ghandha tidhol l-Estonja ghall-Presidenza tal-UE, ezatt wara Malta. U l-Estonja lesta taghmilha”, qal Muscat.

Hu fakkar li l-Presidenza se tohloq piz kbir fuq is-servizz tac-civil, “u din hija sfida bla precedent”.