Anzjana Pollakka residenti Tal-Pietà qed issofri minn feriti gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Santa Venera.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-12.15pm fi Triq Lord Byron, bl-anzjana ntlaqtet mill-vettura tat-tip Daihatsu Sirion misjuqa minn anzjan ta’ 71 sena residenti Tal-Pietà wkoll.
Fil-post waslu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. L-anzjana ttieħdet l-Isptar għal aktar kura, fejn kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi.
Il-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun għadhom qed jinvestigaw il-każ.
//= $special ?>