Boris Johnson, il-kelliem ewlieni favur il-Brexit, ħabbar li ma kienx se jikkontesta l-elezzjoni għal kap tal-Partit Konservattiv. Kariga li bħala konsegwenza twassal biex min jirbaħ isir il-Prim Ministru.
Aktarx hu ħa dan il-pass wara li ftit siegħat qabel l-id il-leminija tiegħu fil-kampanja favur il-Brexit, Michael Gove, is-Segretarju tal-Ġustizzja, ħabbar li kien se jikkontesta għat-tmexxija tal-Konservattivi. Johnson kien qed jiddependi fuq l-appoġġ ta’ Gove biex jikkontesta.
Ħabbret li se tikkontesta anki Theresa May, is-Segretarju tal-Intern u li ħadmet kontra l-Brexit.
Il-Kap ġdid tal-Konservattivi għandu jitħabbar fit-2 ta’ Settembru.
Boris Johnson barra mill-elezzjoni għal Kap tal-Konservattivi
