Il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali nieda l-proċess ta’ ħatra ta’ Kap Eżekuttiv fil-Korp tal-Pulizija.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-Kap Eżekuttiv se jkun meħtieġ li jaħdem flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija biex jimplimentaw il-viżjoni tal-Korp.
Ingħad ukoll li l-Kap Eżekuttiv se jkun mistenni jimplimenta proċeduri operattivi b’indikaturi dipartimentali.
L-applikazzjonijiet għal din il-kariga se jibqgħu jintlaqgħu sal-15 ta’ Lulju.
Madankollu, għal din l-applikazzjoni ma hemm l-ebda talba għall-kwalifiki jew esperjenza fil-passat.
Taħt dan il-Gvern, il-Korp tal-Pulizija s’issa kellu ħames Kummissarji differenti.
//= $special ?>