Ilbieraħ, fil-Festa ta’ San Pietru u San Pawl, l-Arċisqof Mons Charles Scicluna ordna tmien Saċerdoti ġodda. Iċ-ċerimonja saret fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann u l-Kap tal-Knisja f’Malta kien assistit minn Mons Pawlu Darmanin, Mons Emanuel Barbara u l-Isqof-Elett Mons Carmelo Zammit.
Is-Saċerdoti l-ġodda huma Patri Allister Marija Aquilina tal‑Ordni tal‑Minuri Konventwali, is-Sależjan ta’ Don Bosco Patri Robert Falzon, Dun Sergio Fenech u Dun Mark Mallia Pawley mill‑Parroċċa ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi, Dun Claude Mifsud mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema fil‑Mosta, Dun James Saydon mill‑Parroċċa ta’ Marija Bambina fin‑Naxxar, Dun Andrew Schembri mill‑Parroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi u Dun Gilbert Scicluna mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp fil‑Kalkara.
//= $special ?>