Lokali Mużika

Tenishia ma jibqgħux flimkien

Illum id-DJ’s Tenishia ħabbru b’mod uffiċjali li m’għadhomx flimkien u li ż-żewġ DJ’s issa se jibdew avventura ġdida għal rashom.

Fl-aħħar xhur, wieħed mid-duo Tenishia, Cyprian, kien qed jivjaġġa waħdu f’diversi gigs madwar id-dinja u llum l-istess Cyprian ħabbar uffiċjalment fuq facebook li kemm Cyprian kif ukoll Joven ħadu toroq differenti.

Id-duo Tenishia fl-aħħar snin kellhom suċċessi kbar u diversi drabi spiċċaw mal-aqwa 50 DJ fid-dinja.

tenishia facebook post