Għaxar nisa tilfu ħajjithom meta d-dinghy, mimli bl-immigranti, li kienu qed jivvaġġaw biha kellu inċident fatali f’ibħra barra l-kosta Libjana.
Sorsi infurmati qalu li l-gwardjani tal-kosta Taljani rnexxielhom isalvaw 107 persuni, fosthom ammont sostanzjali ta’ nisa u tfal.
Meta l-gwardjani waslu fiz-zona tal-inċident kienu sabu d-dinghy nofsu mgħarraq flimkien ma’ ammont ta’ immigranti fil-baħar.
Il-kundizzjonijiet, waqt il-ħidma tas-salvataġġ, kienu mfissra bħala ‘diffiċli’ u ‘mill-agħar’, waqt li l-irwiefen kienu qed jixprunaw mewġ tal-baħar għoljin maż-żewġ metri.
Il-katavri tal-vittmi kienu rkuprati mill-istess zona u l-aħħar rapporti rreferew għal bastiment li kien ‘qed ifittex aktar immigranti’ fil-baħar.
Traġedja oħra barra l-kosta Libjana
