Anzjana ta’ 81 sena weġġgħat gravi wara li waqgħat indana taraġ fid-dar fejn tgħix f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5.30am fi Triq Nicolò Isouard meta l-Pulizija tal-għassa ta’ Tas-Sliema ġew infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha.
Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna mill-ġirien tagħha sakemm waslet ambulanza fuq il-post li ħaditha l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li qed tinvestiga dan l-inċident.
//= $special ?>