Numru ta’ nies armati attakkaw kafeterija popolari fid-distrett diplomatiku ta’ Dhaka, il-kapitali ta’ Bangladesh. L-aħħar rapporti mill-inħawi qalu li l-armati kienu qed iżommu numru ta’ ostaġġi, li jinkludu barranin.
In-numru tal-aggressuri kien irrappurtat daqs ‘disa’ jew għaxra’ waqt li ingħad li dawn kienu qed jikkonsolidaw posthom fid-distrett ta’ Gulshan.
Seħħet anki sparatura fit-tul bejn l-aggressuri u l-pulizija, b’membru tal-qawwiet tas-sigurtà jitlef ħajtu. F’din il-battalja indarbu wkoll, almenu, għaxar persuni, meta l-pulizija u l-qawwiet tas-sigurtà għalqu z-zona. L-istess qawwiet, bħalissa, qed jippruvaw jinnegozjaw għall-ħelsien tal-ostaġġi.
Kelliema għal Battaljun elit tar-Rapid Action tal-Pulizja qalu li huma riedu jirrisolvu l-kriżi bil-kwiet u li kienu ‘qed jitkellmu mal-aggressuri’. Dan meta l-ewwel priorità tal-pulizija hi li jsalvaw il-ħajja tan-nies maqbudin fil-kafeterija.
//= $special ?>